Kraft ta' Żmuċ u Żmilda

Agħmel dan il-kraft fuq il-kartonċin biex toħloq pupazz ta' Żmuċ jew Żmilda fejn tpoġġi l-bajd tal-Għid tiegħek.




Agħfas hawn biex tniżżel il-mudelli u tipprintjhom.

  


Metodu:

1. Wara li tniżżel il-mudelli u tipprintjhom, ipprepara l-materjal li għandek bżonn biex tagħmel dan il-kraft - mqass, kuluri, lapes u riga, kolla u stejpler.



2.  Qasqas madwar il-mudelli.



3. Fuq biċċa kartonċina pinġi rettanglu ta' 30ċm bi 8ċm għal Żmuċ u ieħor bl-istess qies għal Żmilda u qasqashom.



4. Pinġi l-uċuh ta' Żmuċ u Żmilda bil-kuluri. Pinġi l-idejn u r-rettangli miż-żewġ naħat.



5. Jekk użajt iż-żebgħa, ħallihom jinxfu sew.



6. Waħħal tarf ta' rettanglu ma' wara ta' wiċċ Żmuċ.



7. Aqbad żewġ idejn u waħħalhom mindudin, wiċċhom l-isfel, taħt geddum Żmuċ.



8. Aqbad it-tarf l-ieħor tar-rettanglu u dawru l-quddiem.



9. Dawwar l-idejn it-tnejn il-quddiem biex jgħattu t-tarf tar-rettanglu u waħħalhom flimkien bi stejpil.



10. Agħmel l-istess proċess biex tibni lil Żmilda u fl-aħħar poġġi bajda tal-Għid fl-ispazju bejn l-idejn u l-wiċċ taż-żrameġ.





No comments:

Post a Comment